Azzjoni Kattolika
Maltija

Jake Muscat Dip.(Melit.), B.A.(Melit.)

Fulton J. Sheen

Fulton Sheen

Fiż-żmien meta t-televiżjoni kien għadu mezz ġdid li ħafna kienu jħarsu lejh b’suspett, deher saċerdot Kattoliku, wieqaf quddiem lavanja, mingħajr effetti speċjali jew spettaklu. B’vuċi ċara, intelliġenza straordinarja u sens ta’ umoriżmu fin, Fulton J. Sheen irnexxielu jwassal il-veritajiet tal-fidi Nisranija fid-djar ta’ miljuni ta’ nies.

Nhar l-24 ta’ Settembru 2026, il-Knisja  iddikjaratu Beatu waqt Quddiesa fil-belt ta’ St Louis, fl-Istati Uniti. Il-beatifikazzjoni tiegħu se tkun rikonoxximent mhux biss tal-virtujiet personali tiegħu, iżda wkoll tal-qawwa tal-evanġelizzazzjoni meta l-mezzi ta’ komunikazzjoni jitqiegħdu għas-servizz tal-verità.

Fulton John Sheen twieled f’El Paso, Illinois, fl-1895 u ġie ordnat saċerdot fl-1919. Wara studji avvanzati fil-filosofija u fit-teoloġija, beda jitgħallem fl-Università Kattolika tal-Amerika. Madankollu, il-missjoni tiegħu ma kinitx li tibqa’ magħluqa bejn l-erba’ ħitan tal-università. Huwa fehem li l-Knisja kellha tkun preżenti proprj...

IDĦOL jew ABBONA biex tkompli taqra.