Wieħed mill-kittieba Ingliżi li splodew fil-popolarità f’dawn l-aħħar 40 sena huwa l-profil li għażilt għal-lum. Minbarra l-kotba li kiteb, u li saru films kbar, kien Kattoliku ferventi u prattikanti, devot ħafna tal-Ewkaristija u tat-tqarbin.
Niltaqgħu llum ma’ John Ronald Tolkien li twieled fit-3 ta’ Jannar 1892, fi Bloemfontein, parti mill-Afrika t-Isfel, bin Arthur u Mabel Tolkien. L-isem huwa dixxendenti mill-Ġermaniż. Magħruf l-iktar bit-tieni isem tiegħu, Ronald kellu ħuh sentejn iżgħar minnu, Hilary.
Edukazzjoni
It-tfal kienu edukati minn ommhom, u kien jħobbu jaqraw u jiskopru l-meravilja tan-natura imma, meta Ronald kellu 12-il sena u Hilary 10, mietet ommhom Mabel, u sfaw iltiema ta’ età żgħira. Imma, ftit qabel ma’ mietet, irnexxielha tħalli l-kura ta’ wliedha f’idejn Fr Francis X. Morgan, id-direttur ta’ ‘Birmingham Oratory’.
Ronald kien dilettant tal-Latin, li kienet għallmitu ommu, u studja wkoll l-Esperanto. It-tfal kienu jattendu ‘King Edward’s School’, f’B...