Fl-2018, il-Papa Franġisku kien għamel żjara fil-parroċċa ta’ San Pawl tas-Salib f’Ruma.
Fost oħrajn kien hemm tifel, Emanuele, li bid-dmugħ f’għajnejh għax kien tilef lil missieru xi ftit qabel, mar jistaqsi xi ħaġa lill-Papa, ras’imb ras. Aktar tard il-Papa talab lil Emanuele biex jagħtih il-permess jgħid lit-tfal x’kien staqsieh. It-tifel aċċetta.
Emanuele kienqal lill-Papa Franġisku: “Missieri miet ftit ilu. Ma kienx jemmen, iżda lili u lit-tlett ħuti l-oħra, għammidna. Kien raġel tajjeb. Missieri mar il-Ġenna?”
Il-Papa wieġeb: “Kemm hi ħaġa sabiħa li tisma’ tifel jgħid li missieru kien raġel tajjeb. U xi sbuħija ta’ xhieda kienet din ta’ iben li wiret is-saħħa ta’ missieru, li kellu l-kuraġġ jibki quddiemna lkoll! Jekk dak ir-raġel kien kapaċi jrabbi lil uliedu hekk, allura veru li kien raġel tajjeb. Dak ir-raġel ma kellux ir-rigal tal-fidi, ma kienx jemmen, iżda għammed lil uliedu. Kellu qalbu tajba. Huwa Alla li jgħid min imur il-Ġenna. Alla għandu qalb ta’ missier ... taħ...