Il-Parlament Ingliż jivvota kontra l-introduzzjoni tas-suwiċidju assistit
Il-Parlament Ingliż ivvota kontra abbozz ta’ liġi dwar il-legalizzazzjoni tas-suwiċidju assistit. Din kienet rebħa sorprendenti favur il-ħajja għax madwar sena ilu, abbozz ta’ liġi simili kien ġie approvat mill-Parlament. Dan tal-aħħar kien ġie mblukkat imbagħad mill-House of Lords. Hija rebħa favur il-ħajja u d-dinjità tal-bniedem.
Wara dibattitu mqanqal li ħa madwar erba’ sigħat fil-House of Commons, l-abbozz bl-isem Terminally Ill Adults (End of Life) Bill (abbozz dwar it-tmiem tal-ħajja ta’ dawk l-adulti morda terminali) m’għaddiex b’270 vot favur u 286 kontra. Dan ir-riżultat issorprenda lil ħafna, peress li s-sena ta’ qabel kien ġie approvat bi 23 vot aktar, abbozz simili ħafna ta’ dan.
L-Iskozja wkoll ċaħdet is-suwiċidju assistit
Li kieku dan l-abbozz ġie approvat u sar liġi, din kienet tippermetti lill-adulti fl-Ingilterra u Wales, li jiġi ddikjarat li għandhom anqas minn sitt xhur ħajja, sabi...