Azzjoni Kattolika
Maltija

G. M. Bonnici

‘Quo vadis, Malta’?

malta lost

Fuq il-mezzi tal-komunikazzjoni soċjali ġie rrappurtat ir-riżultat tal-Eurobarometer survey li sar bejn Frar u Marzu 2026. 

Fejn tidħol Malta, ma nistgħux ngħidu li r-riżultat kien ta’ kuraġġ. Għall-kuntrarju, jagħti ħafna lok għat-tħassib. 87 fil-mija tal-intervistati Maltin jemmnu li l-korruzzjoni hi mifruxa f’pajjiżna filwaqt li 14% kellhom esperjenza jew xhieda tagħha fl-aħħar sena. Din hija l-ogħla rata fil-pajjiżi tal-Ewropa flimkien mal-Bulgarija. 

Malta għandha l-ogħla rata fil-ħruġ tal-permessi tal-bini għax 67% jemmnu li l-korruzzjoni hija mferrxa fejn għandhom x’jaqsmu l-permessi – kważi d-doppju tal-medja fl-Ewropa li hi ta’ 36%. Imma l-korruzzjoni mhijiex biss fil-bini. 59% jemmnu li hi mferrxa fit-tenders li jingħataw, 52% fil-permessi għal business meta l-medja ta’ pajjiżi oħra hija 39% u 28%.

Tħassib

Ir-rapport jagħti lok għal ħafna tħassib għal min jixtieq li Malta tkun pajjiż bil-valuri. 32% fil-mija jaħsbu li l-korruzzjoni hija anki fil-qasam tal-ġustizzja,...

IDĦOL jew ABBONA biex tkompli taqra.