Azzjoni Kattolika
Maltija

Kitba oriġinali ta’ Mary Rita Schilke Korazon

Meta Inti Hsibt Li Jien Ma Kontx Qed Inħares…

Observing

Meta inti ħsibt li jien ma kontx qed inħares,
rajtek twaħħal it-tpinġija tiegħi mal-friġġ
u malajr ħajjartni npinġilek oħra u oħra.

Meta inti ħsibt li jien ma kontx qed inħares,
rajtek titma’ l-qtates abbandunati,
u jien tgħallimt li l-annimali trid tħobbhom u tkun ħanin magħhom.

Meta inti ħsibt li jien ma kontx qed inħares,
rajtek tħawwad il-kejk favorit tiegħi, għalija,
u rrealizajt li l-iktar affarijiet sempliċi fil-ħajja huma l-iktar affarijiet speċjali.

Meta inti ħsibt li jien ma kontx qed inħares,
smajtek titlob,
u tgħallimt li hemm Alla li miegħu nista’ nitkellem kuljum.

Meta inti ħsibt li jien ma kontx qed inħares,
ħassejtek tagħtini bewsa qabel norqod,
u ndunajt kemm jien maħbub minnek.

Meta inti ħsibt li jien ma kontx qed inħares,
jiena rajtek tibki,
u tgħallimt li xi drabi l-ħajja taf tkun kiefra
imma fhimt ukoll li ma jimpurtax jekk tibki.

Meta inti ħsibt li jien ma kontx qed inħares,
rajtek titbissem tbissima ħelwa,
u xtaqt ħafna li anke jien inkun kapaċi nitbissem bħalek.

Meta inti ħsibt li jien ma kontx qed inħares,
jien kont il-ħin kollu qed narak, nosservak,
tieħu ħsiebi u l-familja kollha,
taċċerta ruħek li ma jonqosna xejn,
u inti bla ma taf kont qed tgħallimni kif għandi nkun fil-ħajja.

Meta inti ħsibt li jien ma kontx qed inħares,
jien ħarist…
irrid ngħidlek grazzi
ta’ kulma għamilt
meta inti ħsibt li jien ma kontx qed inħares!